L-istudenti tal-Arti Kulinarja fl-ITS qed itellgħu esebizzjoni mill-isbaħ ta’ skulturi magħmula miċ-ċikkulata kif ukoll kejkijiet tat-tieġijiet b’disinji mill-isbaħ u mill-aktar uniċi.
Din l-esebizzjoni qed issir sabiex il-pubbliku jkun jista’ jara t-talent ta’ dawn l-istudenti matul l-ewwel sena ta’ dan il-kors.
Il-pubbliku jista’ jżur din l-esebizzjoni sal-14 ta’ Ġunju li ġej fit-training restaurant ‘The Voyage’ fl-ITS bejn id-9 ta’ filgħodu u t-3 ta’ waranofsinhar.
//= $special ?>