OLYMPIACOS………. 9
NOVI BEOGRAD……. 6
(4-1), (3-3), (1-1), (1-1)
Olympiacos taffew ftit id-diżappunt tal-eliminazzjoni fis-semifinali bir-rebħ tal-midalja tal-bronż fil-logħba għat-tielet u r-raba’ post. Konfront li kien anqas intens miż-żewġ logħbiet tal-Erbgħa li għadda. Iż-żewġ timijiet kienu eliminati bl-għoti tal-penalties, b’Olympiacos tilfu kontra Pro Recco filwaqt li Novi Beograd sfaw eliminati minn Ferencvaros.
It-tim Grieg kellu l-kontroll tal-logħba minn kmieni u żamm il-kmand mingħajr wisq diffikultà, b’Novi Beograd ma kinux luċidi biżżejjed quddiem il-lasta tal-bravu gowlkiper Marko Bijac. Is-Serbi kellhom lill-captain Filip Filipovic nieqes u b’hekk temm il-karriera fl-aħħar logħba, b’Nikola Jaksic jilgħab minfloku.
Il-kowċ ta’ Novi Beograd Zivko Gocic żgur li ma kienx sodisfatt bil-perċentwal ta’ gowls f’superjorità numerika hekk kif skorjaw biss gowl minn 16-il okkażjoni.
Olympiacos fetħu bl-aħjar mod possibbli u rebħu l-ewwel sessjoni 4-1. Konstantinos Genidounias u Dimitrios Dimou minn man-up taw vantaġġ doppju. Radomir Drasovic naqqas id-distakk fl-aħħar żewġ minuti iżda Genidounias u Nikolaos Gkillas bl-aħħar xutt tas-sessjoni kabbru l-vantaġġ.
L-unika reazzjoni denja ta’ Novi Beograd waslet fil-bidu tat-tieni sessjoni b’żewġ penalties skorjati minn Milos Cuk. Madankollu sa nofs is-sessjoni, Olympiacos bnew vantaġġ komdu ta’ 7-3, distakk li l-avversarji ma setgħux jirkupraw.
Martin Vamos għal Olympiacos u Nikola Jaksic għal Novi Beograd skorjaw l-uniċi żewġ gowls tat-tielet sessjoni, it-tnejn minn sitwazzjonijiet ta’ superjorità numerika. Tul dan il-perjodu nħass li r-rimonta ta’ Novi Beograd kienet improbabbli.
Fl-aħħar sessjoni s-Serbi kellhom żewġ man-ups li ma ħadux vantaġġ minnhom, b’Ioannis Fountoulis ikabbar il-vantaġġ għal 9-5 minn penalty. Novi Beograd fallew tliet okkażjonijiet oħra ta’ man-ups qabel Angelos Vlachopoulos skorja l-gowl ta’ konsolazzjoni lejn it-tmiem.
Olympiacos: M. Bijac, L. Loncar, M. Vamos (2), K. Genidounias (2), I. Fountoulis (3), K. Gouvis, G. Dervisis, A. Buslje, I. Alafragkis, D. Dimou (1), D. Nikolaidis, N. Gkillas (1), E. Zerdevas
Novi Beograd: L. Dobozanov, V. Martinovic (1), D. Skoumpakis, A. Granados Ortega, M. Cuk (2), D. Pijetlovic, R. Drasovic (1), N. Jaksic (1), M. Perkovic, M. Radulovic, N. Lukic, A. Vlachopoulos (1), F. De Michelis
Referees: Boris Margeta (Slovenja), David Gomez (Spanja)
//= $special ?>