Il-Prim Ministru tad-Danimarka Mette Frederiksen spiccat aggredita minn raġel f’Copenhagen waqt li kienet miexja fil-parti l-antika tal-belt. L-aggressur – li għandu 39 sena – ġie arrestat immedjatament.
L-aggressjoni ġrat waqt li l-Prim Ministru ħadet sehem f’attività elettorali mal-kandidata ewlenija tal-partit tagħha Christel Schaldemose.
L-attakk seħħ inqas minn xahar wara li l-PM tas-Slovakkja Robert Fico ġie midrub minn diversi sparaturi.
Mette Frederiksen, li ghandha 46 sena, spiccat taħt xokk wara dan il-każ u ingħatat assistenza immedjata…fejn ingħad li sofriet minn uġiegħ f’għonqha.
Frederiksen kienet saret l-iżgħar Prim Ministru fl-istorja Daniża fl-2019.
//= $special ?>