Ħames turisti jgħadduha ħafif wara li nhar il-Ġimgħa d-dgħajsa li kienu fiha nqalbet barra mill-kosta ta’ Kemmuna.
Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.15pm fl-inħawi ta’ Crystal Lagoon, u involviet ħames ċittadini Bulgari, kollha ta’ 20 sena.
Il-grupp ġie salvat minn membri tal-AFM u ttieħdu lura l-Port tal-Imġarr f’Għawdex, fejn tim mediku kien qed jistenniehom fuq il-post.
Il-Pulizija qalet li ħadd mill-persuni involuti ma ġarrab xi ġrieħi u rrifjutaw aktar kura