Lokali

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech jivvota fil-Mosta

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech xeħet l-vot tiegħu għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill Lokali tal-Mosta.

Bernard Grech kien akkumpanjat minn martu AnneMarie, kif ukoll minn ibnu Neil.

Il-Kap tal-PN intlaqa’ mill-uffiċjali tal-Kummissjoni Elettorali, filwaqt li sellem lir-rappreżentanti tal-partiti li qed iwettqu l-ħidma tagħhom f’dan il-post tal-votazzjoni sal-10 tal-lejla.

F’kummenti lill-media, hu irringrazzja lill-ġurnalisti u l-uffiċjali tal-Kummissjoni għax-xogħol importanti li qed issir illum.

Intant, għall-ħabta tal-10:15am, ivvutat f’Tas-Sliema l-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola. Hi kienet akkumpanjata minn żewġha Ukko.

Xeħtet ukoll il-vot tagħha il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono.

Il-votazzjoni fetħet fis-7am u se tagħlaq fl-10pm.