Internazzjonali

Il-President Joe Biden jasal fi Franza

Il-President Amerikan Joe Biden jinsab fi Franza sabiex jinghaqad mal-President Macron għaċ-ċerimonji li qed ifakkru t-80 sena mill-avveniment tad-D-Day – il-ġurnata li immarkat il-bidu tat-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija.

Aktar kmieni, Joe Biden iltaqa’ wkoll ma’ Zelensky f’Pariġi stess, fejn skuża ruħu f’isem il-poplu Amerikan għal xhur sħaħ ta’ tkaxkir tas-saqajn biex tingħata għajnuna lill-Ukrajna.

Is-sitwazzjoni tal-Ukrajna mistennija tkun fuq nett tal-aġenda waqt id-diskussjonijiet li se jsiru bejn Joe Biden u Emanuel Macron. Bla dubju ta’ xejn li ż-żewġ mexxejja se jkunu qed jitkellmu wkoll dwar il-gwerra li għadha għaddejja fil-Lavnt Nofsani.