Għall-ħabta tal-10:45pm bdew jaslu fin-Naxxar l-ewwel kaxxi bil-voti li inxteħtu fl-elezzjonijiet li saru biex jiġu eletti is-sitt MEPs Maltin, u l-kunsillieri kollha madwar Malta u Għawdex.
Dawk ta’ Burmarrad u l-Imdina – lokalitajiet żgħar – kienu l-ewwel li waslu fin-Naxxar. Dan filwaqt li aktar tard bdew jaslu wkoll diversi coaches oħrajn minn lokalitajiet varji.
S’issa ma ħarġu ebda dettalji dwar it-turnout finali ta’ dawn l-elezzjonijiet.
Għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, it-turnout sas-2pm kien ta’ 42.6%.
Il-Kummissjoni specifikat li dan l-ammont jinkludi wkoll l-early voting, u dawk kollha li vvutaw matul din il-ġimgħa – inkluż l-ACEs, u l-votazzjoni fl-isptarijiet.
Dan ifisser illi għalkemm il-persentaġġ hu 10 punti percentwali ogħla minn ħames snin ilu, il-fatt li hemm inklużi n-numri tal-early voting ifisser li effettivement it-turnout sas-2pm jinsab fl-istess ilma tal-2019. Dan għaliex fl-2019 ma kienx hemm l-early voting inkluż.
Ic-cifri tal-Kummisjoni Elettorali juru wkoll li sas-2pm it-turnout għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali kien ta’ 41.13% – anke hawn, fl-istess ilma ta’ ħames snin ilu.
//= $special ?>