Elezzjonijiet 2024 Lokali

AĠĠORNATA: Fl-10pm tagħlaq il-votazzjoni – 42.6% ivvutaw fl-ewwel seba’ sigħat

Illum is-Sibt 8 ta’ Ġunju jum l-elezzjonijet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali – jum fejn fih il-poplu Malti u Għawdxi imsejjaħ biex joħroġ jivvota għar-rappreżentanti tiegħu fuq livell Ewropew kif ukoll dawk Lokali.

Fin-Naxxar, segwejna lir-rappreżentanti tal-partiti jissiġillaw il-kaxxi. U l-votazzjoni tinsab uffiċjalment miftuħa.

Għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, it-turnout sas-2pm kien ta’ 42.6%.

Il-Kummissjoni specifikat li dan l-ammont jinkludi wkoll l-early voting, u dawk kollha li vvutaw matul din il-ġimgħa – inkluż l-ACEs, u l-votazzjoni fl-isptarijiet.

Dan ifisser illi għalkemm il-persentaġġ hu 10 punti percentwali ogħla minn ħames snin ilu, il-fatt li hemm inklużi n-numri tal-early voting ifisser li effettivement it-turnout sas-2pm jinsab fl-istess ilma tal-2019. Dan għaliex fl-2019 ma kienx hemm l-early voting inkluż.

Ic-cifri tal-Kummisjoni Elettorali juru wkoll li sas-2:00 ta’ waranofsinhar it-turnout għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali kien ta’ 41.13% – anke hawn, fl-istess ilma ta’ ħames snin ilu.

Dawn l-elezzjonijiet huma kkunsidrati importanti ħafna għaliex ser inkunu qiegħdin neleġġu 6 MEPs u ir-rappreżentanti lokali kollha.

Il-votazzjoni miftuħa sal-10pm.