Lokali

Mara fil-periklu tal-mewt wara li sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qed tgħum f’Kemmuna

Illum, għall-ħabta tas-1 pm, Ċiniża ta’ 32 sena sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet
qiegħda tgħum f’Kemmuna b’riżultat li spiċċat qed tissielet għal ħajjitha.

Hija ngħatat l-ewwel għajnuna minn membri mill-Emergency Response and Rescue Corps u wara ttieħdet lejn il-Port tal-Imġarr u ġiet trasferita għal fuq ambulanza lejn l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Aktar tard ġiet iċċertifikata li tinsab f’kundizzjoni serja.

Il-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech ġiet infurmat bil-każ u ħatret inkjesta. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.