Lokali

Raġel arrestat waqt serqa fin-Naxxar

Raġel ta’ 52 sena residenti Ħ’Attard, matul il-lejl illi għadda ġie arrestat wmumenti biss wara li ġew infurmati li aktarx kienet qiegħda ssir serqa f’binja fin-Naxxar.


Kienu għall-ħabta tal-għaxra u nofs 22:30AM meta l-Pulizija daħlitilha informazzjoni li hemm
persuna suspettuża li dehret tidħol f’binja fi Triq San Ġorġ, Naxxar. Għaldaqstant, fuq il-post
marru mill-ewwel il-Pulizija u kif waslu fuq il-post ġie nnutat li ġewwa kien hemm id-dawl
mixgħul. Malli identifikaw ruħhom bħala pulizija, il-persuna li kienet ġewwa tfiet id-dawl u ftit
wara nstema’ ħoss ta’ ħġieġ jinkiser.


Kif raw hekk, il-Pulizija innutaw persuna taħrab minn tieqa li kellha l-ħġieġ imkisser għat-triq
ta’ wara u titlaq tiġri. Il-Pulizija minnufih bdew jiġru warajh sakemm irnexxielhom iżommuh u
jarrestawh.


Ir-raġel ittieħed l-Għassa tal-Pulizija fejn mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li fl-aħħar jiem
huwa allegatament kien wettaq mill-inqas 12-il serqa oħra.


Huwa qiegħed jinżamm arrestat fil-lock-up tal-Pulizija l-Furjana u mistennija jitressaq il-Qorti
illum, għall-ħabta 11:00AM quddiem il-Maġistrat Monica Vella