Lokali

Sas-2 pm ħarġu jivvutaw 41.13% għall-Kunsilli Lokali

Għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, sas-2 pm kienu ħarġu jivvutaw 41.13%.

Din il-figura tinkludi l-voti mitfugħa fil-ġranet l-oħra tal-votazzjoni jiġifieri fl-1, 4 u 6 ta’ Ġunju, 2024.

Infakkru li wieħed għandu ċans sal-10 pm biex imur jivvota kemm għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali u anke tal-Parlament Ewropew.