Elezzjoni għall-Parlament Ewropew – 8 Ta’ Ġunju, 2024
Persentaġġ approssimattiv ta’ votanti li vvutaw sas-2pm
Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf illi l-persentaġġ approssimattiv ta’ votanti li vvutaw sas-2.00 p.m, fl-Elezzjoni għall-Parlament Ewropew li qed issir illum, is-Sibt, 8 ta’ Ġunju, 2024, kien:
Total approssimattiv:
42.59%
Din il-figura tinkludi l-voti mitfugħa fil-ġranet l-oħra tal-votazzjoni jiġifieri fl-1, 4 u 6 ta’ Ġunju.
Il-Kummissjoni specifikat li dan l-ammont jinkludi wkoll l-early voting, u dawk kollha li vvutaw matul din il-ġimgħa – inkluż l-AECs, u l-votazzjoni fl-isptarijiet.
Dan ifisser illi għalkemm il-persentaġġ hu 10 punti percentwali ogħla minn ħames snin ilu, il-fatt li hemm inklużi n-numri tal-early voting ifisser li effettivement it-turnout sas-2pm jinsab fl-istess ilma tal-2019. Dan għaliex ħames snin ilu, l-early voting ma kienx inkluż.
Iċ-ċifri tal-Kummisjoni Elettorali juru wkoll li sas-2pm it-turnout għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali kien ta’ 41.13% – anke hawn, fl-istess ilma ta’ ħames snin ilu.
//= $special ?>