Net Television u Net FM matul il-jum qed iwasslu programm maratona li matulu t-telespettaturi jistgħu iżommu ruħhom aġġornati dwar l-andament tal-votazzjoni tallum.
Tul ix-xandira tas-Sibt, bi preżentazzjoni ta’ Dylon Brignone qed jitwassal programm speċjali b’differenża bis-sehem ta’ diversi personalitajiet fosthom Maxine Pace, Malcolm Pisani, Owen Luwellen, Adriatwins, Louise Tedesco u Eileen Monetsin.
Matul il-ġurnata kollha il-crew ta’ Net News se jwassal aġġornamenti minn diversi postijiet tal-votazzjoni f’Malta, kif ukoll f’Għawdex. Bil-ġurnalisti jingħaqdu max-xandira ta’ Net Television kull siegħa b’kollegamenti LIVE minn barra l-postijiet tal-votazzjoni.
Ix-xandira tissokta fl-10pm malli jagħlqu l-postijiet tal-votazzjoni, b’analiżi mill-istudios ta’ Net TV u kollegamenti maċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar fejn hemmhekk insegwu l-wasla tal-kaxxi minn kull lokalità.
//= $special ?>