Elezzjonijiet 2024 Lokali

“Dan ir-riżultat huwa konferma li l-poplu jrid il-bidla f’pajjiżna” – Roberta Metsola

F’kummenti miċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola rringrazzjat lil dawk kollha li ħadmu sabiex jitwassal il-messaġġ ta’ tama fejn ikkonfermat li d-distakk bejn iż-żewġ partiti naqas b’mod drastiku.

Hija qalet li b’dan il-proċess irrenjat id-demokrazija f’pajjiżna, dan filwaqt li awgurat lill-kandidati kollha. Roberta Metsola sostniet li l-ħidma tibda minn għada sabiex fuq livell Ewropew ikomplu joħolqu opportunitajiet għall-poplu Malti u Għawdxi.

Il-President tal-Parlament Ewropew stqarret li huwa importanti li f’jum bħal dan niċċelebraw il-fatt li dan kien proċess elettorali li ħadem.