Internazzjonali

Franza: Emmanuel Macron isejjaħ elezzjoni bikrija wara disfatta kbira fl-elezzjonijiet tal-Ewropa

Il-President Franċiż Emmanuel Macron, xolja l-Parlament f’Pariġi waqt li sejjaħ elezzjoni ġenerali bikrija wara li l-partit tiegħu, Renaissance, sofra telfa umiljanti fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.

L-exit polls li ħarġu ftit tal-ħin ilu qed juru li l-Partit Rally Nazzjonali ta’ Marine Le Pen, estremista tal-lemin, għandhom jagħtu telfa kbira lill-politiċi ċentrali u taċ-ċentru alleati mal-Prim Ministru.

Intant, ir-rebħa għar-Rally mistennija tkun waħda storika – bl-elezzjonijiet fi Franza se jsiru fit-30 ta’ Ġunju u s-7 ta’ Lulju.

Dan ukoll meta l-exit polls minn madwar l-Ewropa qegħdin juru li l-partiti estremisti tal-lemin wettqu wkoll il-kisbiet sostanzjali fl-Awstrija u fil-Ġermanja.