“Dan huwa l-aqwa riżultat li kiseb il-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u għalhekk il-Partit Nazzjonalista kommess li jkompli jaħdem f’isem il-poplu Malti u Għawdxi.”
Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt intervent li għamel fuq Net Television fejn qal li dan huwa l-aqwa survey u dan huwa l-aqwa riżultat li ġab il-Partit Nazzjonalista f’elezzjoni tal-Parlament Ewropew.
Bernard Grech qal li jidher biċ-ċar li l-Partit Nazzjonalista miexi ‘l quddiem b’mod għaqli u billi kontinwament jiddiskuti mal-poplu. Hawnhekk, huwa fakkar li l-Partit Laburista mhux qed jaħdem fl-interess tal-poplu iżda qed jaħdem biss fl-interess tal-qalba.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li d-distakk naqas b’mod drastiku, iżda hawnhekk Bernard Grech qal li l-ħidma trid tkompli sabiex il-poplu Malti u Għawdxi jkollu kwalità ta’ ħajja f’pajjiżna. Huwa fakkar li l-Partit Nazzjonalista se jkompli jaħdem sabiex itejjeb l-edukazzjoni f’pajjiżna, li s-settur tas-saħħa jimxi ‘l quddiem fost affarijiet oħra.
//= $special ?>