Elezzjonijiet 2024 Lokali

“Il-poplu ma jridx li pajjiżna jkun maħkum minn politika ta’ firda”

Meta żar is-Sala tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar, il-Kap tal-PN Bernard Grech irringrazzja lill-poplu Malti u Għawdxi li esprima ruħu f’din l-elezzjoni importanti.

“Il-vot juri li l-poplu ma jridx li pajjiżna jkun maħkum minn politika ta’ firda”, qal Bernard Grech.

Il-Kap tal-PN qal li fix-xhur li ġejjin se jibqa’ jitkellem fuq il-fatti.

Dan ir-riżultat huwa pjattaforma biex il-PN ikompli jaħdem ‘il quddiem.

“Il-PN issa jinsab fit-triq biex ikun gvern alternattiv”.