Elezzjonijiet 2024 Lokali

Il-Prim Ministru ma jikkonfermax maġġoranza assoluta

F’kollegament telefoniku ma’ TVM, il-Prim Ministru Robert Abela fl-ebda ħin ma kkonferma maġġoranza assoluta f’din l-elezzjoni.

F’messaġġ qasir, huwa għal darb’oħra appella għall-kalma. Iżda fl-ebda ħin ma qal x’kien id-distakk bejn iż-żewġ partiti.

Din it-tħabbira tal-Prim Ministru ntlaqgħet minn tisbit u għajjat kbir fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti. Iżda l-crew ta’ Net News li jinsab fis-sala kkonfermalna li l-atmosfera, u l-uċuħ fuq wiċċ l-aġenti veterani tal-partit qed juru sens ta’ diżappunt għall-fatt li d-distakk bejn il-partiti naqas b’mod drastiku – filwaqt li s-surveys kienu kompletament żbaljati.

Aktar tard, id-Deputat Mexxej tal-Labour Daniel Micallef stess ma qal xejn meta mistoqsi dwar id-distakk ta’ 15,000 vot.

Ritratt: Martin Agius

Ritratt: Martin Agius