Lokali

Kritika qawwija għall-istedina ta’ Ramona Attard għas-suppost ċelebrazzjoni

Grazzi Ramona talli ħdimt kontra l-poplu, illum Malta wieġbet għall-arroganza, x’ħa niċċelebraw li tlifna 29,000 vot? Li tilfna r-raba’ siġġu?

Dawn kienu wħud mill-kummenti taħt il-post li tefgħet Ramona Attard, il-President tal-Partit Laburista, fejn stiednet lis-segwaċi tagħha biex fit-15:00 joħorġu jiċċelebraw quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Però l-iktar kumment illi spikka bla dubju ta’ xejn kien ta’ Charlon Gouder, l-Avukat ta’ Joseph Muscat, li ironikament kiteb biss ‘Awguri ħi’.

Persuna oħra qalet li l-Laburist ġenwin spiċċa mwarrab, waqt li implika li hemm min qed ikisser il-partit. Ma tantx għandna biex niftaħru jew nieħdu pjacir! Tkomplux tidħku bin-nies għax dik waħda mir-raġunijiet li tlifna b’dan id-distakk, qalet persuna oħra.

F’kumment minnhom, xi ħadd saħansitra spiċċa jikkritika b’mod dirett il-koruzzjoni li fniet il-Partit Laburista fejn kien hemm miktub: li meta nies korrotti jmexxu l-entitajiet tal-Gvern, dan huwa dak li jiġri, waqt li oħrajn qalu li dan ir-riżultat huwa risposta.

Persuna oħra staqsiet: min se jerfa’ r-responsabbiltà?