Internazzjonali Lokali

L-indikazzjonijiet juru li l-Partit Popolari Ewropew se jerġa’ jkun l-akbar grupp fil-PE

Skont projections li ħarġu fl-aħħar ħin, kollox jindika li l-Partit Popolari Ewropew se jerġa’ jkun l-akbar grupp fil-Parlament Ewropew. Dan wara li f’dawn l-aħħar jiem il-pajjiżi Ewropew ivvutaw sabiex jeleġġu l-Ewroparlamentari rispettivi tagħhom.

Jidher illi, sa issa, il-Partit Popolari Ewropew żied b’ħames siġġijiet ikkumparati mal-elezzjoni li għaddiet.

Intant, ir-riżultati uffiċjali ta’ kull pajjiż se jkunu qegħdin jiġu ppubblikati għall-ħabta tal-11 ta’ filgħaxija tal-lejla, inkluż dak f’pajjiżna.