Lokali

MHUX UFFIĊJALI: Turnout ta’ 72.6% fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew

Ċifri li kiseb Net News juru li t-turnout f’din l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew kien fl-istess livell ta’ kemm ivvutaw nies ħames snin ilu. Dan meta fl-2019 kienet saret l-aħħar elezzjoni tal-MEPs.

Skont il-kalkoli li għandu dan is-sit, it-turnout fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew kienet ta’ 72.6%.

Fl-2019, it-turnout kien ta’ 72.7%.

Dawn iċ-ċifri għadhom mhux konfermati mill-Kummissjoni Elettorali.

Bħalissa, Net TV qed iżomm lit-telespettaturi aġġornati pass pass bl-iżviluppi kollha marbuta mal-proċess li għaddej fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar.