Raġel ta’ 61 sena residenti n-Nadur, weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq tal-Għajn, il-Fontana.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta
bejn Hyundai I40 misjuqa minn raġel ta’ 61 sena residenti n-Nadur, u Fiat Doblo misjuqa minn
Albaniż ta’ 29 sena residenti r-Rabat, Għawdex.
Iż-żewġ xufiera ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħedu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex
b’ambulanza. Aktar tard, ir-raġel ta’ 61 sena ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi, filwaqt li l-Albaniż
sofra ġrieħi ħfief.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ
//= $special ?>