F’messaġġ ta’ erba’ minuti, frott il-biża’ li ħakmet lil Robert Abela wara disfatta kbira għalih hekk kif kien hemm shift enormi ta’ voti u tnaqqis konsiderevoli fid-distakk bejn iż-żewġ partiti -– huwa baqa’ jattakka lill-Partit Nazzjonalista.
Quddiem folla ta’ partitarji li nġabret quddiem il-bieb taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, Robert Abela stqarr li wasallu messaġġ ċar mingħand il-poplu, messaġġ li l-poplu jrid politiċi ta’ integirtà u politika responsabbli filwaqt li tenna li huwa mhux qed jiċċelebra rebħa.
Intant, ilbieraħ pajjiżna ħareġ jivvota bi ħġaru għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali, fejn irriżulta, b’mod ċar ħafna li l-mexxej tal-Labour tilef il-maġġoranza assoluta li ħallielu l-predeċessur tiegħu.
//= $special ?>