Dan ir-riżultat juri li l-Partit Nazzjonalista jista’ jirbaħ l-elezzjoni ġenerali u hemm ċans kbir li Bernard Grech ikun il-prim ministru ta’ Malta.
Hekk stqarr il-preżentatur Peppi Azzopardi waqt il-programm speċjali li xxandar fuq Net Television fil-jum li fih ħareġ ir-riżultat elettorali.
Waqt din ix-xandira, Peppi Azzopardi semma’ kif il-Partit Laburista prova juża lil Joseph Muscat biex jikseb l-appoġġ kif ukoll il-voti.
Waqt li ppruvaw jużaw lil Muscat ukoll biex jattakkaw is-sistema tal-ġustizzja.
Azzopardi tkellem ukoll dwar l-Awtorità tax-Xandir.
Dwar l-istazzjon ta’ Net Television, Peppi Azzopardi qal li dan jibqa’ l-unika stazzjon li qed juri l-verità kollha. U huwa proprju għalhekk li hu l-iktar stazzjon privat segwit f’Malta.
Hawn, Peppi Azzopardi spjega kif hu spiċċa ċensurat mill-PBS.
Intant, Azzopardi qal ukoll li għandu jkun hawn ligi fejn sitt xhur qabel l-elezzjonijiet m’għandu jingħata l-ebda rigal u ebda impjieg bl-addoċċ mal-Gvern.
//= $special ?>