Meta intom saħaħtuna intom saħaħtu lilkom infuskom
Hekk sostna l-Kap tal-Partit Nazzjonalista waqt il-programm Net Live l-għada li tħabbru r-riżultati tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
Bernard Grech saħaq li l-poplu jried politika ta’ pożittività u politika matura.
Però, kompla jgħid Bernard Grech, dan ir-riżultat jurina wkoll li fadal ħafna ħidma xi ssir, fosthom ħidma biex kulħadd ikollu dritt li jesprimi ruħu mingħajr biża’.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista stqarr li huwa fiduċjuż li r-riżultati tal-Kunsilli Lokali se jkunu riżultati pożitivi.
Bernard Grech tenna li l-mixja tiegħu bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista se tkompli issa biex il-Partit Nazzjonalista verament ikun il-vuċi tal-poplu.
//= $special ?>