Il-Partit Popolari Ewropew kiseb rebħa ċara fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, u kompla jsaħħaħ il-preżenza tiegħu f’din l-istituzzjoni.
L-EPP se jkollu madwar 184 membru fil-Parlament; li jfisser kwart tal-Parlament Ewropew. Tlieta minn dawn l-MEPs huma tal-Partit Nazzjonalista, li jifforma parti minn dan l-akbar grupp politiku.
L-EPP huwa l-uniku partit taċ-ċentru li kiber f’din l-elezzjoni, filwaqt li s-Soċjalisti u anke l-Liberali naqsu l-membri eletti.
Issa, l-EPP jinsab fl-aħjar pożizzjoni biex jixpruna l-politika tal-UE. B’Manfred Weber, il-mexxej tal-Grupp tal-EPP fil-Parlament Ewropew, stqarr li l-Partit Popolari Ewropew dejjem kien il-partit tax-xogħol, il-partit taz-zoni rurali, il-partit tal-bdiewa Ewropej, u l-partit li jirrappreżenta l-faxex kollha tas-socjetà – b’hekk dan l-appoġġ se jissarraf f’ħidma għall-Ewropej kollha.
Wara li ħareġ ir-riżultat, ikkummentat minn Brussell il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola.
Intant, fil-Ġermanja kien hemm diżappunt kbir għall-Kancillier Schulz u l-partit tiegħu SDU hekk kif il-Partit Demokristjan, is-CDU, rebaħ l-elezzjonijiet fil-Ġermanja b’maġġoranza sostanzjali fuq il-partiti l-oħra. Dan ikkontribwixxa għal 30 MEP f’isem il-Partit Popolari Ewropew.