Il-poplu Malti u Għawdxi tkellem.
Ħadd ma emmen l-istejjer li beda joħloq Robert Abela.
In-nies qalu “le” għall-kampanja negattiva li mexxa l-Partit Laburista billi taw appoġġ b’saħħtu lill-Partit Nazzjonalista.
Id-distakk bejn iż-żewġ partiti issa niżel għal 3% biss. U l-messaġġ kien wieħed ċar: il-poplu ma riedx jagħti fiducja lil Robert Abela, minkejja li hu stess kien rabat din l-elezzjoni Ewropea miegħu nnifsu.
Matul is-sitt ġimgħat ta’ kampanja elettorali, il-Prim Ministru Robert Abela pprova jbeżża’ bil-gwerra, bl-establishment, u saħansitra anke bin-nases.
Anke l-attakki fuq il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola sfumaw fix-xejn. Ir-risposta kienet 87,000 vot.
L-istess fil-każ tal-attakki feroċi fuq David Casa – strateġija li falliet. Bl-MEP Nazzjonalista jerġa’ jiġi elett għall-ħames darba.
Din il-kampanja bla dubju kienet dominata wkoll mill-għeluq tal-Inkjesta Vitals, fejn mill-1,218-il paġna ta’ inkjesta, ħareġ car li hemm biżżejjed evidenza biex Joseph Muscat, Konrad Mizzi u Keith Schembri, flimkien ma’ Chris Fearne u Edward Scicluna… jitressqu l-Qorti akkużati fost oħrajn b’korruzzjoni, frodi u ħasil ta’ flus bil-Prim Ministru jispiċċa jattakka lill-ġudikatura.
Matul il-kampanja, il-Partit Nazzjonalista nduna bil-gideb u l-manipulazzjoni tal-Labour. Dan meta kixef il-99 frodi elettorali tas-Siġġiewi – frodi konfermata mill-Qorti minn 22 Maġistrat.
B’kuntrast mal-Labour, dawn kienu sitt ġimgħat fejn il-PN sema’ lin-nies. Bernard Grech imbotta proposti li verament jindirizzaw l-isfidi tal-pajjiż.
//= $special ?>