Lokali

ILLEJLA: Bernard Grech intervistat f’Net Live

Wara r-riżultat tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, ilejla il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ser ikun qiegħed jiġi intervistat f’NETLIVE, mill-Kap tal-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ dan l-istazzjon Robert Cremona.

L-intervista ser tibda’ fis-6.10pm fuq Net Television.

Fost l-oħrajn, Bernard Grech ser ikun qiegħed jagħti l-ewwel reazzjoni tiegħu dwar l-appoġġ b’saħħtu li kiseb il-Partit Nazzjonalista f’din l-elezzjoni. Dan hekk id-distakk bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista issa niżel għal 3% biss, mill-aħħar elezzjoni tal-Parlament Ewropew fl-2019.

Dan ir-riżultat huwa l-aħjar riżultat li qatt kiseb il-Partit Nazzjonalista minn mindu bdew isiru l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’Malta fl-2004.