Lokali

Imsejħa laqgħa urġenti fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista

Tard filghaxija, issejħet laqgħa urgenti tal-Grupp Paralmentari u tal-Eżekuttiv tal-Partit Laburista. Dan hekk kif qed tkompli tikber il-pressjoni fuq Robert Abela wara li  kiseb l-agħar riżultat minn kemm ilhom isiru l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.

Din l-informazzjoni waslet għand dan l-istazzjon minn leaks illi ġejjin direttament miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. L-istess sorsi qed jgħidu li Abela se jitlob vot ta’ fiduċja – għalkemm il-President tal-Partit Laburista Ramona Attard ċaħdet li hemm vot ta’ fiduċja fil-Grupp Parlamentari.

Hi kienet qed tikkummenta fuq l-RTK, meta ġiet mistiedna mill-Professur Andrew Azzopardi.

Fl-intervista fuq l-RTK, Ramona Attard insistiet li l-Prim Ministru Robert Abela kiseb maġġoranża ta’ voti… iżda ma semmietx id-distakk bejn iż-żewġ partiti.

Fl-istess intervent, Ramona Attard faħħret lin-nies tal-Labour li baqgħu “sereni”.