Elezzjonijiet 2024 Lokali

“In-nies kienu trattati ta’ nagħaġ” – Reno Bugeja

Fuq l-RTK, Reno Bugeja, li fi żmien Joseph Muscat kien imexxi l-Kamra tal-Aħbarijiet tal-PBS, qal li r-riżultat issorprenda ħafna nies.

“L-ikbar rebbieħ kien il-poplu Malti. Dan għaliex sal-Ġimgħa kienu trattati ta’ nagħaġ”. Bl-Eks Kap tan-newsroom tal-PBS jgħid li n-nies ma jinxtrawx.

It-tbassir tas-surveys

Fl-istess programm, Lawrence Zammit, li jmexxi l-Misco, qal li l-kumpanija tiegħu kellhom surveys – imma hu ma ppubblikahomx, għax beda jara li ma jagħmlux sens.

“Is-surveys kellhom jispjegaw aħjar in-numri”, stqarr Lawrence Zammit fuq l-RTK. B’Reno Bugeja jfakkar li s-surveys mhumiex xjenza perfetta.