L-indikazzjonii aġġornata għall-kompożizzjoni tal-Parlament il-ġdid hi bbażata fuq l-aħħar riżultati proviżorji f’26 pajjiż u estimi u data pre-elettorali għall-Irlanda.
Din hija bbażata fuq ir-riżultati finali minn disa’ stati membri: il-Kroazja, Ċipru, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja
Ibbażata wkoll fuq ir-riżultati proviżorji minn 17-il Stat Membru li huma l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, l-Ungerija, l-Italja, il-Latvja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, Spanja u l-Iżvezja.
Hemm ukoll id-data ta’ qabel l-elezzjoni għall-Irlanda.
Iċ-ċifri preliminari jissuġġerixxu estimu ta’ rata ta’ parteċipazzjoni (turn out) madwar l-UE ta’ 50.8%. Il-projezzjonijiet tal-kompożizzjoni tal-Parlament huma bbażati fuq l-istruttura tal-Parlament uxxenti u l-gruppi politiċi tiegħu, mingħajr preġudizzju għall-kompożizzjoni tal-Parlament li jmiss fis-sessjoni kostituttiva tiegħu.
Il-partiti nazzjonali kollha mingħajr affiljazzjoni uffiċjali attwali u li mhumiex parti mill-“Mhux allinjati” fil-Parlament attwali huma assenjati f’kategorija ta’ parteċipazzjoni msejħa “Oħrajn”, irrispettivament mill-orjentazzjoni politika tagħhom.
Il-projezzjonijiet tas-siġġijiet se jkomplu jiġu aġġornati u ppubblikati fuq https://results.elections.europa.eu fejn tista’ ssib ukoll ir-riżultati nazzjonali, is-siġġijiet skont il-grupp politiku u l-pajjiż, it-tqassim skont il-partiti nazzjonali u l-gruppi politiċi u l-parteċipazzjoni (it-turn out) Se tkun tista’ wkoll tqabbel ir-riżultati, tiċċekkja l-maġġoranzi jew toħloq il-widget tiegħek.
//= $special ?>