Benny Gantz, wieħed mill-aktar politiċi Iżraeljani b’influwenza u, sa ftit ilu, membru tal-Kabinett tal-Gwerra, ħabbar li qed jirriżenja mill-Gvern ta’ emerġenza mmexxi mill-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu.
Ir-riżenja tirrifletti d-diżgwid profond dwar il-pjani ta’ Netanyahu għall- futur ta’ Gaza ladarba jintemm il-kunflitt mal-Ħamas li ilu għaddej ix-xhur.
L-influwenza ta’ Gantz fil-Gvern kienet, ftit jew wisq, ‘tibbilanċja’ l-politika tad-deputati estremisti tal-lemin fil-koalizzjoni ta’ Netanyahu. Intant, Benny Gantz, waqt li kkonferma r-riżenja f’Tel Aviv, qal li kien qed jieħu d-deċiżjoni kontra qalbu waqt li kritika lil Netanyahu ‘talli mhux jirnexxilu jiġġustifika l-kampanja militari tit-tul li qed twassal għall-akbar kriżi umana f’Gaza’.
Benny Gantz ilu żmien rivali politiku ta’ Netanyahu minbarra li hu eks-Kap tal-istaff tal-qawwiet tad-difiża Iżraeljani.
Il-partit tal-Għaqda Nazzjonali taċ-ċentru – li Gantz jifforma parti minnu — kien membru tal-Oppożizzjoni sal-11 ta’ Ottubru li għadda. Intant, hu, wara, iddeċieda li jifforma Gvern ta’ emerġenza ma’ Netanyahu wara l-attakki storiċi tat-terroristi tal-Ħamas fuq il-komunitajiet tal-Iżraeljani viċin il-fruntiera ta’ Gaza.
Dritt wara r-riżenja ta’ Gantz — Itamar Ben-Gvir, bħala l-Ministru għas-Sigurtà Nazzjonali, insista għal post fil-Kabinett tal-Gwerra.
Ben Gvir hu parti mill-koalizzjoni radikali tal-lemin li qed thedded li twaqqa’ lill-Gvern ta’ Netanyahu f’każ li Iżrael jaċċetta l-proposta għall-waqfien mill-ġlied mal-Ħamas li l-President tal-Istati Uniti, Joe Biden, kien ressaq, ftit tal- jiem ilu.
//= $special ?>