Hija laqgħa mmarkata minn tensjoni dik li saret illejla fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, b’Robert Abela jidher għajjien ferm dieħel għal din il-laqgħa. Tant li spiċċa jattakka lill-ġurnalist tagħna bħala “partiġjan u popolist”.
Barra ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, Abela baqa’ ma weġibx meta mistoqsi għaliex għażel li jiddeskrivi r-riżultat elettorali bħala “rebħa soda”. Tant li issa qed jevita milli juża dik il-kelma.
Il-Mexxej tal-Labour baqa’ jgħid li l-Partit Laburista se jiddefendi s-sewwa. Robert Abela evita li jwieġeb domandi diretti dwar Joseph Muscat.
Apparti minn hekk, Robert Abela baqa’ jattakka b’mod negattiv immens lill-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>