Is-sitwazzjoni xejn mhi feliċi għal Robert Abela. U minkejja li lbieraħ daħal fil-Counting Hall biex jipprova jnissel sens ta’ pożittività, huwa ċar li din il-mossa aktar ħadmet kontrih.
“Wera kemm huwa arroganti u mnieħru mxammar”, qalilna wieħed mid-delegati tal-Partit Laburista li issa xeba kompletament bl-attitudni ta’ klikka żgħira ta’ nies fl-establishment Laburista.
Oħrajn qalulna kemm kienu rrabjati n-nies tal-partit meta indikawlhom li ġejja rebħa “bħal ta’ Joseph” – rebħa li qatt ma ġiet. Anzi, fi tnax-il siegħa l-Labour spiċċa tilef siġġu fil-Parlament Ewropew, tilef il-maġġoranza assoluta, tilef mat-30,000 vot, sfaxxa id-distakk, u ntilef anke Għawdex. Dan meta hemm tliet Ministri Għawdxin fil-Kabinett ta’ Abela.
Issa, wara dan ir-riżultat li skont hu huwa “rebħa soda”, hemm anke uffiċjali fit-tmexxija Laburista li qed iduru fuq Robert Abela u jgħidulu biex jerfa’ r-responsabbiltà politika. U kien minħabba din il-pressjoni kollha li llejla l-Mexxej Laburista mistenni jsejjaħ vot ta’ fiduċja waqt il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari u l-Eżekuttiv Laburista.
//= $special ?>