Lokali

ESKLUSSIVA: Abela jsejjaħ il-Grupp Parlamentari u l-Eżekuttiv – irid jitlob vot ta’ fiduċja

Wara li kiseb l-agħar riżultat għall-Partit Laburista, qed tkompli tikber il-pressjoni fuq Robert Abela. Tant li ta’ madwaru obbligawh isejjaħ il-Grupp Parlamentari u anke l-Eżekuttiv.

Din mistennija tkun laqgħa konġunta.

L-informazzjoni waslet għand Net News minn leaks li ġejjin direttament miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

L-istess sorsi qed jgħidulna li Abela se jitlob vot ta’ fiduċja.