Elezzjonijiet 2024 Lokali

Iduru għal xulxin – “Ħafna paroli fil-vojt”

L-eks deputat Laburista Silvio Grixti ħareġ ukoll jikkritika b’saħħa lit-tmexxija Laburista wara li evapora kompletament id-distakk li kellu Robert Abela. Il-Labour spiċċa wkoll jitlef siġġu fil-Parlament Ewropew.

Fuq Facebook, Grixti qal li issa qed isir “ħafna kliem fieraħ”.

Għalkemm ma semmiex lil Abela direttament, bla dubju li Silvio Grixti beda jirreferi għal kliem Robert Abela.

Fuq Facebook, Silvio Grixti kiteb hekk: “ISSA ĦAFNA KLIEM FIERAGĦ… umiltà u ħafna paroli fil-vojt…UMLI TITWIELED U TITRAWWEM, il-bqija tkun FALZ.”