Elezzjonijiet 2024 Lokali

Il-Ħadd filgħodu l-PN jagħlaq il-kampanja permezz ta’ Mass Rally quddiem id-Dar Ċentrali

Il-Ħadd li ġej, il-PN se jorganizza Mass Rally li permezz tiegħu se tingħalaq uffiċjalment il-kampanja li mexxa Bernard Grech f’dawn l-aħħar sitt ġimgħat – kampanja pożittiva li fiha iltaqa’ ma’ eluf ta’ familji, anzjani, tfal u żgħażagħ li kollha qasmu miegħu l-ħolma tagħhom għal Malta aħjar.

Il-Mass Rally tal-Ħadd se jibda fl-10:30am, u se jsir barra d-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.