It-Tlieta filgħodu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ipparteċipa f’diskussjoni ma’ numru ta’ mexxejja oħra Ewropej fis-summit tal-PPE fejn tkellem fuq il-prijoritajiet tal-Partit Nazzjonalista għal Malta fl-Ewropa għall-ħames snin li ġejjin.
Dan wara li l-Partit Popolari Ewropew kiseb rebħa ċara fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, u kompla jsaħħaħ il-preżenza tiegħu f’din l-istituzzjoni. L-EPP se jkollu madwar 184 membru fil-Parlament; li jfisser kwart tal-Parlament Ewropew. Tlieta minn dawn l-MEPs huma tal-Partit Nazzjonalista, li jifforma parti minn dan l-akbar grupp politiku.
//= $special ?>