Is-suldati tal-Korea t’Isfel sparaw tiri ta’ twissija wara li t-truppi tal-Korea ta’ Fuq komunista spiċċaw jaqsmu mill-fruntiera lejn arthom.
L-inċident, fiz-Zona Demilitarizzata bejn il-Korej, qed jidher li seħħ ‘bi żball’ – u fi żmien ta’ tensjoni kbira bejn il-Gvcrn ta’ Seoul u r-reġim ta’ Pyongyang immexxi minn Kim Jong Un.
Intant, is-suldati komunisti rtiraw malli semgħu t-tiri, għalkemm mhux eskluż li l-militar ta’ Pyongyang, fil-jiem li ġejjin, ikompli bil-provokazzjonijiet. Dan meta l-Koreani komunisti, fl-aħħar ġimgħat, bagħtu l-mijiet tal-bżieżaq mimlijin bl-iskart fid-direzzjoni tal-ibliet fil-Korea t’Isfel.
Min-naħa tagħha, il-Korea t’Isfel irreaġiet bix-xandir ta’ propaganda u mużika tal-istil K-pop minn fuq il-loudspeakers fl-artijiet tal-fruntiera.
Fl-aħħar sigħat ma kien hemm l-ebda movimenti notevoli mit-truppi tal-Korea ta’ Fuq li qed iħarsu diversi setturi fiz-Zona Demilitarizzata.
//= $special ?>