Jien mhux sorpriż b’dan ir-riżultat. Jien ili għal dawn l-aħħar sentejn nitkellem u ngħid li meta titkellem man-nies tinduna li n-nies imdejqa, għax il-karba tagħhom mhux tinstema’.
Kienet din id-dikjarazzjoni ċara li għamel Cyrus Engerer li din is-sena għażel li ma jikkontestax għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Laburista.
Cyrus Engerer ilu snin jikkritika l-mod kif il-Partit Laburista qed jappella biss lejn dawk in-nies li hu jsejjaħ ‘hardcore’. Din hija raġuni oħra għaliex il-Partit Laburista qed ikompli jitlef lin-nies.
Fuq ix-Xandir Nazzjonali, Engerer saħaq li l-Partit Laburista jeħtieġ ibiddel id-direzzjoni dwar ħafna affarijiet; fosthom dwar il-misinformazzjoni li qed ixerred.
L-Eks MEP tal-Labour tkellem ukoll dwar il-permessi ta’ bini li ħarġu taħt Gvern Laburista f’zoni li qabel kienu għelieqi. Dan filwaqt li insista li l-pajjiż jeħtieġ jgħaddi minn bidla radikali fil-mod ta kif jitmexxa – biex b’hekk verament igawdi l-poplu kollu u mhux il-ftit.
//= $special ?>