Lokali Parlament

Il-politiċi għandhom jibqgħu dejjem qrib in-nies


Janice Chetcuti, PN


Id-deputat Nazzjonalista Janice Chetcuti sostniet fl-Aġġornament tal-Parlament li l-politiċi għandhom jibqgħu dejjem viċin in-nies.


Janice Chetcuti tkellmet dwar id-dritt tal-vot u qalet li jridu jiġu kkunsidrati l-eluf ta’ votanti li ma marrux jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali.


Il-politiċi huma obbligati jaraw għaliex dawn l-eluf ma marrux jivvutaw, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li hawn politiċi li mhumiex jagħtu kas il-vuċi tan-nies.


Hi semmiet l-importanza tal-kuntatt tal-politiċi man-nies u appellat biex il-politiċi jħallu warajhom il-partiġjaniżmu u jitrattaw bi prijorità l-issues li jolqtu verament lin-nies.