Lokali

“Il-poplu wera fiduċja fil-Partit Nazzjonalista” – Michael Piccinino

Il-poplu ta fiduċja lill-Partit Nazzjonalista.

Hekk sostna s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino waqt programm immexxi minn Saviour Balzan li analizza r-riżultat tal-elezzjoni tas-Sibt li għadda.

Issa, il-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Bernard Grech lest li  jkompli jagħti iktar stabbilità lil pajjiżna.

Ir-raġunijiet għalfejn il-Partit Nazzjonalista kiseb l-aħjar riżultati f’din l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew huma ħafna; fosthom għax kellu kampanja pożittiva b’viżjoni ċara dwar l-għoli tal-ħajja, it-traffiku kif ukoll l-ambjent. Barra minn hekk, il-Partit Nazjzonalista kellu kandidati li dejjem ġabu unur lil Malta.

Michael Piccinino spjega wkoll kif il-każ ta’ korruzzjoni li fih hemm involuti kemm l-Eks Prim Ministru Joseph Msucat kif ukoll numru ta’ Eks Ministri ħalla impatt fuq is-saħħa tan-nies u għalhekk affettwa r-riżultat ta’ din l-elezzjoni. Però, minn naħa l-oħra, Ramona Attard ma weġbitx jekk Joseph Muscat affettwax din l-elezzjoni jew le.

Pressata tgħid jekk Joseph Muscat influwenzax din l-elezzjoni, Ramona Attard għażlet minflok li ddawwar id-diskors fuq l-inkjesta Vitals – u fl-ebda ħin ma wieġbet dwar Muscat.

Il-President tal-Partit Laburista qalet ukoll li din kienet telfa għal Partit Nazzjonalista, waqt li baqgħet tiddefendi lil Robert Abela u tinsisti li hu rebaħ kull elezzjoni li kellu.

Intant b’mod inkredibbli, Ramona Attard  baqgħet tiċħad li kien hemm xi ħadd mill-amministrazzjoni li ta xi ċifra ta’ kemm kien l-ammont li bih rebaħ il-Partit Laburista – ċifra li ħolqot kaos fost l-aġenti tal-partiti.