Melita Limited tkompli tistabbilixxi l-ogħla standards operattivi, bl-impenn tagħha lejn prattiki ta’ ħidma iktar ħodor u aktar siguri, li huma ċ-ċavetta għas-suċċess riċenti tagħha fl-awditjar taċ-ċertifikazzjoni ISO. Melita tibqa’ l-uniku operatur tat-telekomunikazzjoni f’Malta li jżomm tliet ċertifikati ISO – fis-sigurtà tal-informazzjoni, il-ġestjoni ambjentali, u s-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol.
L-aħħar awditjar ra diversi timijiet ta’ Melita jinvolvu ruħhom mal-awditur estern li identifika diversi titjib imwettaq mill-assessjar preċedenti li jmur lil hinn mir-rekwiżiti tal-ISO standards. Dawn inkludew l-implimentazzjoni ta’ proċess innovattiv għall-irrapportar ta’ inċidenti u perikli tas-saħħa u s-sigurtà, li jiżgura proċess ta’ rappurtar aktar faċli u konvenjenti biex tiġi żgurata li nuqqasijiet potenzjali jiġu indirizzati u mitigati b’mod pront.
L-impenn tal-kumpanija lejn is-sostenibbiltà kien iktar enfasizzat permezz tar-rinovament tas-sistemi tal-arja kkundizzjonata u l-adozzjoni ta’ vetturi elettriċi, li kkontribwew għal tnaqqis notevoli fl-emissjonijiet tal-karbonju.
Stephanie Mifsud, Senior Legal and Compliance Manager, qalet: “Iċ-ċertifikazzjonijiet ISO m’humiex biss xi ħaġa ta’ darba. Jeħtieġu monitoraġġ kontinwu u impenn minn kulħadd fl-organizzazzjoni. Kulħadd fil-Melita jinsab kuntent bil-fatt li għaddejna minn dawn l-aħħar verifiki bil-kbir, mingħajr ebda nuqqasijiet misjuba. Naturalment, dejjem hemm aktar x’isir imma aħna impenjati bis-sħiħ biex inżommu ċ-ċertifikazzjonijiet ISO kollha tagħna, li jaġixxu bħala garanzija tal-kwalità għall-mod kif noperaw n-negozju tagħna.”
//= $special ?>