Kummerċ Lokali

Magro Brothers b’donazzjoni ta’ €90,000 lill-Malta Community Chest Fund

Waqt żjara li għamlet il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono fil-Magro Food Village fix-Xewkija Għawdex, hija ġiet ippreżentata b’donazzjoni ta’ €90,000 lill-Malta Community Chest Fund.

Din id-donazzjoni ngħata sabiex jitfakkar id-90 anniversarju tat-Three Hills Brand u mbagħad fl-aħħar ta’ din iż-żjara l-President ingħatat kopja tal-pubblikazzjoni ‘A Century of Enterprise’.