Robert Abela jidher li ma tgħallem xejn mill-messaġġ ċar tal-elettorat fl-elezzjoni tas-Sibt li għadda. Fil-paniku li għandu biex ta’ madwaru ma jdurux għalih, issa qed jitfa’ t-tort tar-riżultat “sod” li ġarrab hu, Joseph Muscat u l-Partit Laburista fuq il-Ħaddiema taċ-Ċivil.
Hekk sostnew Claudette Buttigieg ix-Shadow Minister għall-Amministrazzjoni Pubblika, ix-Xandir Pubbliku u l-Ġlieda kontra d-Dijabete; Ivan Castillo, ix-Shadow Minister għas-Settur Marittimu, id-Djalogu Soċjali u l-Ġlieda kontra l-Għoli tal-Ħajja; u Solidarjetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista (SĦPN) fi stqarrija fejn spjegaw li l-Partit Nazzjonalista jikkundanna t-theddid li qed jagħmel Robert Abela fuq il-Ħaddiema taċ-Ċivil u jagħmlilhom kuraġġ biex ikomplu jimxu mas-sewwa. Huma l-gwardjani tal-ġustizzja vera u huma biss jistgħu jwaqqfu l-abbuż minn Robert Abela u sħabu.
Buttigieg, Castillo u SĦPN komplew jgħidu li l-Partit Nazzjonalista se jkun spalla għall-ħaddiema u jara li l-ebda ħaddiem ma jkun intimidat bil-bullying. Se jara li kull ħaddiem jitħalla jagħmel xogħlu b’mod diliġenti u mingħajr intimidazzjoni.
Il-Partit Nazzjonalista se jara li l-impjegati taċ-Ċivil ikunu trattati b’dinjità, filwaqt li l-ħaddiema kollha jingħataw dak li ħaqqhom.
//= $special ?>