Irridu naħdmu d-doppju ta’ MEP barranin, jiena se nagħmel ħilti kollha.
Hekk sostna l-Membru Parlamentari Ewropew Peter Agius waqt il-programm Net Live; l-għada li tħabbru r-riżultati tal-elezzjonijiet għall-MEPs.
Agius stqarr li dan is-suċċess kien kisba li seħħet bil-ħidma tal-kandidati kollha tal-Partit Nazzjonalista.
Hu qal li huwa ta’ privileġġ għalih li issa se jkun qed jaħdem flimkien mal-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, u l-Membru Parlamentari Ewopew David Casa.
Waqt il-programm, Peter Agius tkellem ukoll dwar liema temi se jkun qed jaħdem fuqhom l-aktar fil-Parlament Ewopew – fosthom opportunitajiet akbar għaż-żgħażagħ, konnetivita aħjar għal Għawdex, u l-liġijiet li l-aktar jaffettwa lin-nies.
Peter Agius insista li se jkun qed iżomm għajnejh fuq dak li qed jagħmel il-Gvern.
Ir-riżultat huwa biss il-bidu ta’ din il-mewġa pożittiva, u minn issa se nkomplu naħdmu fi Brussell, temm jgħid Peter Agius.
//= $special ?>