Tifel ta’ 13-il sena jinsab l-Isptar Mater Dei jissielet għal ħajtu wara li ntlaqat minn karozza.
L-inċident seħħ it-Tlieta filgħodu għall-ħabta tal-11:15, fi Triq Katerina Vitale, Santa Luċija.
Il-Pulizija marret fil-post u mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li tifel ta’ 13-il sena, intlaqat minn karozza li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 49 sena residenti l-Fgura.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament u li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Il-Maġistrat Philip Galea Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>