“F’daqqa waħda, dak li kien tajjeb issa sar ħażin”.
Hekk insista l-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers, Josef Vella, meta irreaġixxa għall-kummenti “surreali” li għadda Robert Abela dwar il-ħaddiema taċ-ċivil. Dan meta fl-aħħar jiem tefa’ ħtija fuq l-impjegati tal-Gvern għar-riżultat elettorali li wassal għal telf ta’ eluf kbar ta’ voti.
“Min huma dawn il-cushy jobs? Huma impjiegi li ngħataw qabel xi elezzjoni?”, staqsa l-Kap Eżekuttiv tal-UĦM.
Josef Vella stqarr li l-ħtija tar-riżultat elettorali hi biss tal-Prim Ministru.
“Issa għandna Prim Ministru li qed jipponta lejn il-ħaddiema bħala l-problema għas-sitwazzjoni li spiċċa fiha l-Gvern”.
Josef Vella insista wkoll li issa donnu li l-Gvern nesa l-impenn kbir li taw eluf ta’ impjegati u professjonisti taċ-ċivil waqt il-Covid. Apparti minn hekk, il-UĦM fakkret kif preżentament hemm żewġ Segretarji Permanenti li qed jaffaċċjaw akkużi serji fil-Qorti b’rabta mal-Vitals.
//= $special ?>