Il-protesta li saret barra l-Qorti dakinhar li Joseph Muscat tressaq fuq akkużi ta’ tixħim u korruzzjoni b’rabta mad-deal tal-Vitals, dgħajfet l-immaġni tal-Partit Laburista, tenna l-Eks Prim Ministru u Ex MEP Alfred Sant f’reazzjoni għar-riżultat tal-elezzjoni tal-Ħadd.
Fi tweġiba għall-mistoqsijiet tal-ġurnal Times of Malta, l-Eks Mexxej Laburista li għadu kif irtira mill-politika, elenka d-dimostrazzjoni bħala waħda mir-raġunijiet għaliex il-maġġoranza tal-partit niżlet b’mod konsiderevoli fl-elezzjonijiet Ewropej.
“Ma għen xejn li waqt il-kampanja elettorali, attivisti Laburisti appellew lin-nies biex imorru quddiem il-qorti biex jipprotestaw, u li ma kenitx xi ħaġa li ġejja mill-Partit Laburista, li waqt il-kampanji għandu jkun l-unika entità li jsejjaħ għal protesti pubbliċi ,” qal Dr. Sant.
“Dan serva biex jimmina l-immaġni, l-awtorità u l-appoġġ tal-partit fost il-partitarji li mhumiex ‘hard core’ kif ukoll mal-elettorat inġenerali.” Alfred Sant qal li l-votanti taw “twissija ċara” li mhumiex jaqblu mal-aspetti tal-governanza attwali. Dan jista’ jkun għax qed iħossu li l-partit warrab il-bżonnijiet tagħhom u minflok ipprijoritizza l-bżonnijiet ta’ dawk li jxaqilbu lejn il-PN.
Hemm ukoll dawk li ma jappoġġjawx l-istil ta’ gvern li “fil-fehma tagħhom ma jibdilx il-ħsibijiet tiegħu, f’kelma waħda rasu iebsa, id-dilettantiżmu u n-nuqqas ta’ trasparenza. flimkien mall-klijenteliżmu li spiċċa bla effett.”
L-Eks Mexxej Laburista kkritika wkoll lill-partit ż-żgħar u l-kandidati indipendenti għall-mod li bih mexxew il-kampanja tagħhom fejn skont l-opinjoni tiegħu kien b’mod dilettantesk u li m’għandhom qatt ċans jeleġġ lil xi ħadd jekk ikomplu għaddejjin bl-istess strateġija.
//= $special ?>