Sport Sport Ieħor

It-tim tat-trios Malti tan-nisa jispiċċa fil-25 post fil-Kampjonati Ewropej tan-Nisa fi Franza

It-tim Malti femminili tal-bowling, magħmul minn Cynthia Frendo Duca, Melissa Swift u Ruslana Grima spiċċa fil-25 post minn 33 tim fil-kompetizzjoni Trios fil-Kampjonati Ewropej tan-Nisa li għaddejjin bħalissa fi Franza din il-ġimgħa sas-sibt  li ġej

Frendo Duca kienet l-ogħla għat-tim matul dawn l-aħħar jumejn matul is-6 logħbiet, b’medja ta’ 185 , segwita minn Swift b’medja ta’ 178 u 19-il sena Grima b’medja ta’ 172 , li fissret  medja ta’ tim ta’ 178.7 pin.

L-aqwa 4 timijiet kienu l-Iżvezja 2 (medja ta’ 225), il-Finlandja 1 (217) , il-Ġermanja 1(215) u l-Finlandja 2 (215).

Nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa l-plejers għandhom sett ieħor ta’ 6 logħbiet hekk kif jieħdu sehem fl-kompetizzjoni  tat-tim ta’ 5 persuni.